Merhba

Naghtukom merhba f ' din is-site bl-isem ta' grajjet il-fidwa.com li hija site informattiva fuq il-wirja li ta' kull sena ntellghu fi zmien il-Gimgha Mqaddsa bl-isem ta' Grajjet il-Fidwa.


Din il-wirja qed tittella' ghall-12 sena konsekuttiva u din is-sena qed tittella' ghall-5 sena gewwa l-kazin ta' l-Ghaqda Muzikali u Socjali Madonna tal-Karmnu, Fgura. Din il-wirja tikkonsisti f' sett ta' 12-il vara xoghol ta' Salvu Bonello mill-Isla. Dan huwa s-sett principali li jintrama f' din il-wirja. Profil ta' Bonello jinsab fuq pagna ohra gewwa din is-site. Ghal aktar taghrif fuq dan is-sett mur fuq il-pagna vari.


L-Organizzaturi ghandhom ukoll set vari li jmorru lura 'il fuq minn 40 sena u li gew restawrati mill-istess Bonello fl-2007. Dan is-sett ta vari jinsabu esebiti gewwa s-sagristija tal-Knisja tal-Madonna ta Liesse, l-Belt Valletta. Oggetti ohra sagri konnessi mal-gimgha mqaddsa jkunu esebiti wkoll waqt din il-wirja. Mad-daqq ta' muzika addata, dawl baxx kif ukoll riha tal-borma bil-balzmu jaghmlu atmosfera verament mill-isbah.


Din hija t-tieni wirja li tintarma gewwa l-kazin ta' l-Ghaqda Muzikali u Socjali Madonna tal-Karmnu ghal fatt illi l-Kummissjoni Zghazagh fi hdan l-istess Socjeta' ilha tarma wirja tal-gimgha l-kbira ghal dawn l-ahhar 16-il sena. Ritratti ta' din il-wirja jinsabu f' pagna ohra.


L-Organizzaturi ta' din il-Wirja huma Charlie Ellul u Keziah Ellul
.

 

Il-Wirja fil-Kazin tal-banda din s-sena ser tkun miftuha milt-22 ta' Marzu sa 3 t'April 2010


Il-Wirja fil-Knisja ta Liesse mit-13 ta' Marzu sa l-4 t'April 2010

 


 


   

 

You Are Visitor Number: