Profil
Salvu Bonello
Salvu
Bonello, l-artist li hadem il-vari f' din il-wirja, twieled
l-Isla nhar it-2 ta' Novembru 1932. Minn Ckunitu hass
il-hajra ghall-arti, kemm tal-palk, tal-pittura u ta'
l-iskultura. L-aktar li jkun kuntent meta jkollhu xi bicca
tafal f' idu u bija johloq xi pastur jew statwetta. Qatt
ma mar jiehu lezzjonijiet min mkien, hlief minn missieru
David li kien dilettant ukoll.
Hajruh jiehu sehem fil-Karnival, b' karrijiet, kostumi,
u zfin. Dam ghal xi snin imma rega' dar ghat-tafal u zarma
mill-karnival. Il-palk u r-rectar jaffaxinawh u mhux l-ewwel
darba li ha sehem f' recti kemm fuq il-palk kif ukoll
ghat-televizjoni. Imma l-arti ta' istatwi jhobbha tant
li jibdel kull attivita ghaliha. Huwa jghid li minn oggett
bla sura u ghamla, jhoss sodisfazzjon kbir meta dan jarah
jiehu l-forma. Salvu huwa maghruf ghall-ghadd kbir ta'
redenturi li hadem fuq dak ta' l-Isla, l-aktar wiehed
devot gewwa l-gzejjer Maltin. Maghruf ukoll ghall-fatt
li huwa wiehed mill-ftit artisti li ftit li xejn juza
l-forom sabiex jahdem dan ix-xoghol. Dan is-sett esebit
f' din il-wirja huwa mahdum kollhu kemm hu fuq l-dejn,
jigifieri minghajr forom.
Minnbarra din il-wirja Salvu ghandu ghadd ta' xogholjiet
migbura madwar Malta, Ghawdex u sahansittra anke fl-Amerika,
l-Awstralja u l-Ingilterra ghand emigranti Maltin. Barraminnhekk
hawn bosta wirjiet tal-gimgha l-kbira li fihom xogholoijiet
ta' Bonello fosthom ohra gewwa l-Fgura, Haz-Zebbug, Birkirkara,
l-Hamrun u r-Rabat Malta. Ghal zmien il-Milied fl-Imqabba
jintrama presepju bil-pasturi xoghol l-istess Bonello.